L-Istorja ta' l-Old Motors Club                      Aqra l-versjoni Ngliza

Il-klabb tal-karozzi antiki f'Malta huwa l-Old Motors Club. Dan kien iffurmat f'Ottubru 1989 minn dak li qabel kien il-Collectors Vehicles Club, u li kien jinkludi muturi antiki u vetturi militari. Illum hemm tlett klabbs differenti li huma, l-Old Motors Club, Il-Historic Motorcycle Club u il-Military Vehicles Collectors Club. Dawn flimkien jiffurmaw il-Federazzjoni Maltija Vetturi Antiki, imma huma awtonomi minn xulxin.

Illum l-Old Motors Club huwa l-ikbar klabb tal-karozzi antiki f'Malta, b'madwar 300 membru li numru minnhom huma minn barra minn Malta. Bejniethom ghandhom vicin l-1000 karozza. L-eqdem karozza fil-klabb hija Cadillac tal-1904, li hija wahda mill-ewwel vetturi li gew Malta. Il-Klabb ghandu regola li jaccetta karozzi li ghandhom 25 sena jew aktar, illum karozzi li gew manifatturati sal-1980 huma ntitolati li jiehdu sehem fl-attivitajiet tal-klabb.

L-ghanijiet tal-klabb huma r-restawr, il-prezervazzjoni tal-vetturi antiki u li jiehdu pjacir bihom. Hemm hafna marki differenti li huma maghrufa sew il-bicca l-kbira minnhom huma Nglizi. Hemm ohrajn Taljani, Francizi, Germanizi u ohrajn.

Per ezempju, f'Malta ghandna karrozzi li matantx smajna bihom bhal DKW, Marmon u Goggomobil. Karrozzi Amerikani huma popolari ukoll. Dan l-ahhar qed ikun hawn interess fil-karozzi Gappunizi wkoll li huma relitivament rari.

history | about us | galleries | news & activities | restoration | links | contact us | about malta | message board | classifieds | mail list

© Old Motors Club